Nifraħ lil Alex Borg li issa huwa elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dalgħodu wegħedtu li se jsibni warajh u se nibqa’ naqdi dmiri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li tant inħobbu għall-ġid ta’ Malta u Għawdex tagħna.
🧵THREAD
AnneMarie u jien għadna kif għamilna dmirna u vvutajna fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Inħeġġeġ lit-tesserati kollha tal-PN biex jagħmlu dak li hu dover u dritt tagħhom u llum joħorġu jivvutaw.
🧵THREAD
Nifraħ lil @hamrunspartans li llejla kitbu l-istorja meta saru l-ewwel klabb tal-futbol Malti li kkwalifika għall-fażi tal-gruppi ta' kompetizzjoni Ewropea tal-futbol. Dan wara d-draw fil-Latvja kontra RFS fil-UEFA Conference League.
Prosit! Għamiltuna kburin. 🇲🇹
📷Joseph Galea
Ghażiża zija Pearl, wasal iż-żmien li tingħaqad mal-għażiża bintek Karin.
Fl-aħħar tista' tgħannaqha u tagħfasha ma' ħdanek bil-biki tal-ferħ u mhux tan-niket.
Qalbek batiet iżżejjed. Issa strieħ fis-sliem. – at Malta
Nawgura fejqan ta’ malajr lill-ġenituri tal-Prim Ministru @RobertAbela_MT li ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku. Ħsibijietna jmorru fil-President Emeritu George Abela u s-Sinjura tiegħu. Ftit ilu għamilt kuntatt mal-PM u offrejtlu l-appoġġ kollu tagħna f'dal-mument.
Insellem il-memorja ta’ Anthony Spiteri Debono, raġel awtentiku, umli u ġentili kemm meta konna flimkien fil-kors tal-liġi, kemm bħala kollega u anke fil-qadi ta’ dmirijietu bħala r-raġel tal-President ta’ Malta. Kondoljanzi lill-President Myriam Spiteri Debono u l-familja.
Dan huwa l-mument li nħarsu 'l quddiem. Mhux importanti min ikun il-captain tat-tim, l-importanti li t-tim jasal fejn hemm bżonn.
Għalija, il-pajjiż u l-Partit dejjem jiġu l-ewwel.
Ħames snin ilu dħalt għall-kariga ta’ Kap tal-@PNmalta b’sens ta’ dover u responsabbiltà lejn il-pajjiż u lejn il-PN. Dħalt għal din il-kariga bi prijorità ewlenija, dik li ngħaqqad il-Partit. U li nkompli nressqu viċin in-nies.
L-istess sens ta’ dover u responsabbiltà li wassluni biex inħalli kollox u nidħol għall-kariga ta’ Kap, illum iwassluni fil-konvinzjoni li għandi nħalli din il-kariga f’idejn xi ħadd li jista’ jkompli jmexxi lil dal-Partit ’il quddiem fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Se nibqgħu nappoġġjaw u naraw li jsir l-investiment meħtieġ fl-isport. Iltqajt mal-atleti li pparteċipaw fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra u awgurajtilhom tar-riżultati tajbin li kisbu. Gvern ġdid Nazzjonalista jaħtar Ministru ddedikat kompletament għall-Isport.
Hekk kif għadna biċ-ċans u għadu ma sar l-ebda żvilupp, ejja nagħmlu ħilitna biex #ManoelIsland jinbidel f’park nazzjonali.
Il-Labour dejjem jipprova jitfa’ l-problemi tiegħu fuq ħaddieħor. Jiena nibqa’ ffukat fuq il-ħidma tiegħi u tal-@PNmalta biex nibqgħu nkunu l-vuċi tal-poplu.
Nawgura lill-atleti Maltin li qed jikkompetu fl-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra. Ninsab ċert li se tkunu qed tagħmlu l-almu kollu tagħkom biex tirrappreżentaw bl-aħjar mod lil pajjiżna. Ikun xi jkun ir-riżultat li ġġibu, aħna warajkom. Forza 🇲🇹
Il-kunsillieri tal-@PNmalta f'kull belt u raħal se jressqu mozzjoni biex isir studju xjentifiku f'kull lokalità ħalli naraw x'investiment infrastrutturali hu meħtieġ għas-snin li ġejjin. Ma jistax jibqa' isir kollox bla pjan u bla investiment fl-infrastruttura.
🧵 THREAD



















